Kif ghedt iktar, qabel fis-sezzjoni "Centru 19 ta' Novembru 1944", sezzjoni ohra fi hdan din l-ghaqda hija dik li tiehu hsieb in-nar li jinharaq fil-granet tal-festa. Bit-thabrik ta' diversi delettanti, nistghu naraw li dan il-qasam, li ghamel zmien kien naqqas xi ftit f'Beltna, issa qieghed jiehu l-hajja.
Fil-fatt, f'Dicembru 2005, ghall-ewwel darba wara hafna snin, rega kellna nar mahdum lokalment. Dawn kienu l-famuzi baraxxijiet li nharqu mill-Bacir Numru 1 li jinsab fil-qalba ta' Bormla. Dan setgha jaghmilha aktar facli biex in-nar li jkollna jkun jista jitgawda iktar. Dan kollu kien mahdum mill-membri ta' l-Ghaqda tan-Nar 8 ta' Dicembru fi hdan ic-Centru 19 ta' Novembru 1944.
Fl-2006, pass importanti ghal din l-ghaqda nkarigata kien meta mill-istess membri nhadmet sistema gdida u sofistikata li ssejhet PYRO 6, li kienet success mill-bidu sat-tmiem, tant li llum nistghu nghidu b'wiccna minn quddiem li din is-sistema saret tintuza minn diversi lokalitajiet f'Malta, ghax giet imfahhra minn kull min raha l-mod li bih tahdem. Ta' kull sena l-istess grupp jorganizza attivita' li saret appuntament anwali ma kull min huwa delettant tan-nar, hekk kif fis-7 ta' Dicembru qed isir spettaklu pirotekniku mill-Bacir Numru 1.


